Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA

Reference Number: PR200042, Press Release Issue Date: Jan 11, 2020
proġett ta’ Bengħajsa minn Ambjent Malta
​Ilbieraħ, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera żar ix-xogħol li qed isir fil-proġett ta’ Bengħajsa minn Ambjent Malta.
 
Il-Ministru spjega li Ambjent Malta kellha b’mod preliminari tieħu miżuri biex jinġarr ammont konsiderevoli ta’ ħamrija sabiex jgħollu l-livell tal-art u b’hekk ikun jista’ jsir t-tħawwil tas-siġar. Hu qal li s’issa tħawwlu madwar 1,000 siġra indiġena, fosthom tal-prinjol, ċipress, ħarrub, u naspli.
 
Hu sostna li sal-aħħar tas-sena mistennija jitħawwlu 4,000 siġra oħra u sa tmiem il-proġett ser jitħawwlu aktar minn 20,000 siġra fiż-żona msemmija.
 
Il-Ministru Herrera fakkar li din il-medda ta’ art, minflok intużat sabiex issir estenzjoni tal-Freeport, ser tiġi mibdula fi spazju miftuħ u b’hekk jinħoloq ‘Buskett’ żgħir biex jitgawda mill-familji, ir-residenti tal-inħawi, u l-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi.