Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA

Reference Number: PR192687, Press Release Issue Date: Dec 20, 2019
 
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, jista’ jħabbar li laħaq ftehim ġdid mal-Environmental Landscapes Consortium (ELC) li jkopri perjodu tranżitorju sabiex jinżamm livell ekwu ta’ tisbiħ u landscaping f’pajjiżna. 
 
Il-Gvern qiegħed jassigura li b’dan il-ftehim milħuq mhux biss ser ikunu qegħdin jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema iżda wkoll ser jitwettqu numru ta’ proġetti ġodda b’kordinament sħiħ ma’ Ambjent Malta, u dan bil-għan li jitkompla jingħata aktar valur lil-kapital naturali ta’ pajjiżna. 
 
Matul dan il-perjodu, il-ministeru ser ikun qiegħed ikompli bil-proċess sabiex tinħareġ u tiġi aġġudikata l-ewwel sejħa pubblika ta’ din ix-xorta; li b’hekk tkun qiegħda tkopri dan is-servizz għas-snin sussegwenti, filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi jkompli jgawdi minn proġetti ambjentali.