Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA

Reference Number: PR192678, Press Release Issue Date: Dec 18, 2019
 
Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera qal li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kif appellat id-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tal-permess għall-villa fil-Qala.
 
Nonostante l-fatt li l-permess ġie rtirat mill-applikant, l-appell kellu jsir sabiex jitneħħa l-preċedent li ġie kkreat meta ngħata tali permess.
 
Huwa jinnota wkoll b’sodisfazzjon d-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu mill-Qorti tal-Appell kif ukoll mill-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew revokati permessi fosthom għall-estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra kif ukoll żvilupp ta’ binja dilapidata li tinsab Wied Għomor.
 
Il-Ministru Herrera sostna li hemm bżonn li titkompla l-ħidma fir-rigward ta’ riforma bżonjuża radikali tal-policy tal-ODZ, sabiex jitneħħew anomaliji li huma eżistenti f’din il-policy u b’hekk iwassal biex jiġi ssalvagwardjat aktar l-ODZ.
 
Din ir-riforma ser twassal ukoll sabiex l-istituzzjonijiet relevanti ma jkollhomx għalfejn jagħmlu tali appelli għaliex il-permessi jiġu rifjutati mal-ewwel.