Navigate Up
Sign In

JIĠI FFIRMAT MEMORANDUM TA’ FTEHIM MA’ JOINT VENTURE MAGĦMULA MINN PRODUTTURI, IMPORTATURI U RETAILERS DWAR L-ISKEMA TA’ RIFUŻJONI TAL-KONTENITURI TAX-XORB

Reference Number: PR182705, Press Release Issue Date: Dec 12, 2018
Illum il-gvern iffirma Memorandum ta’ Ftehim ma’ joint venture magħmula minn produtturi,
importaturi u retailers dwar l-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb, liema skema hija ntiża li
tiġi introdotta fi żmien sena. Din hija xhieda tal-impenn sħiħ tal-gvern biex jindirizza l-isfidi filqasam
tal-immaniġġjar tal-iskart u r-riżorsi.

L-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb kienet imħabbra matul is-sena l-oħra proprju mill-Prim
Ministru Joseph Muscat waqt l-Our Ocean Conference, li ttellgħet f’pajjiżna f’Ottubru tal-2017. Din
l-iskema għandha l-għan li tinċentiva l-persuni biex flok jiddisponu mill-kontenituri tax-xorb flambjent
u l-ibħra tagħna, dawn il-fliexken jitpoġġew f’magni apposta li se jkunu mxerrda madwar
Malta u Għawdex, u b’hekk filwaqt li jitnaqqas ir-rimi ta’ skart b’mod abbużiv, intejbu l-ammont u
l-kwalità tal-iskart riċiklabbli.

Il-Prim Ministru saħaq dwar il-bżonn li nkunu ambizzjużi fil-miri tagħna biex verament nagħmlu
differenza fl-ambjent. “Ir-realtà hija li llum, tlieta minn erba’ fliexken tal-plastik ma jiġux riċiklati.
Il-mira tagħna hija li nibdlu dan kollu u sal-ewwel erba’ snin inkunu qegħdin nirriċiklaw mad-90%
tal-kontenituri tax-xorb”, stqarr il-Prim Ministru, hekk kif saħaq li l-pjan ħolistiku li qiegħed
jimplimenta l-gvern fl-immaniġġjar tal-iskart qiegħed iħalli l-frott mistħoqq.

“Dan tal-llum hu mudell ġdid fis settur tal-waste management. Mudell li bis saħħa tal-aġenzija lġdida
rridu nkomplu nifirixu f’setturi oħra b’kollaborazzjoni u parteċipazzjoni tas-settur privat”,
sostna l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera. Dan il-ftehim
se jkun qiegħed jara li jiġi ffinalizzat it-tfassil tar-regolamenti meħtieġa biex titħaddem din l-iskema.
Il-Ministru Herrera qal li kien pass għaqli li tiġi ffurmata r-Resource Recovery and Recycling Agency,
fejn l-għan ewlieni huwa li pajjiżna jadotta aktar ekonomija ċirkulari flok dik lineari.

Il-ftehim iffirmat illum, b’mod aktar tanġibbli qiegħed juri l-impenn tas-settur privat li jidħol biex
jopera din l-iskema b’investiment kapitali li se jlaħħaq mal-għaxar miljun ewro. Il-qafas tal-ftehim
iqis li jiżgura l-prinċipju tat-trasparenza, u li jiġu stabbiliti proċessi u mekkaniżmi biex jintlaħqu lmiri.
Pierre Fava, li ffirma għan-nom tal-joint venture, saħaq li minn issa ‘l quddiem se jintensifikaw innegozjati
mal-gvern wara li saru r-rappreżentazzjonijiet dettaljati lill-Ministeru għall-Ambjent,
Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima fix-xhur preċedenti, u wara li ntlaħaq ftehim bejn il-produtturi,
l-importaturi u retailers. Pierre Fava qal ukoll li huwa pożittiv li l-industrija privata qiegħda
tikollabora flimkien biex taħdem sabiex din l-skema tkun waħda ta’ suċċess u li se tgħin biex pajjiżna
jikseb miri ambizzjużi ta’ ġbir u riċiklaġġ tal-kontenituri tax-xorb.