Navigate Up
Sign In

IL-MINISTRU HERRERA JILQA’ D-DISKUSSJONI MITLUBA DWAR IL-WASTESERV

Reference Number: PR171758, Press Release Issue Date: Jul 21, 2017
 
 Il-Ministru Josè Herrera jilqa b’sodisfazzjon it-talba tal-Oppożizzjoni sabiex jiġu diskussa l-ħaddiema fil-WasteServ u l-entitajiet sussidjarji tagħha, li ġew ingaġġati minn Jannar 2016 ‘lil hawn.

Il-ħaddiema huma kruċjali fil-kisbiet u l-isfidi ta’ pajjiżna fl-immaniġjar tal-iskart. Għalhekk il-Ministru Herrera, kif dejjem għamel mal-Oppożizzjoni, m’għandu ebda diffikultà li jsir skrutinju ta’ dan il-qasam u ser ikun qiegħed jikkopera bi sħiħ f'din id-diskussjoni.